Fil-Parlament id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder tkellem dwar l-importanza tat-taħriġ lill-istudenti biex dawn ikomplu jistudjaw u enfażizza l-importanza tax-xogħol li qed iwettaqu Jobs Plus f’dan ir-rigward. Min jipiċċa biss fil-livell sekondarju se jkollu problemi fil-futur. Għalhekk l-pajjiż irid jara li l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ ikunu immirati lejn x’tip ta’ futur irridu għall-pajjiż.
Jobs Plus għamdha tkun waħda mill-pilastri tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-pajjiż. Hawn ammont ta’ nies li ma jridux ikompu jistudjaw kif jgħalqu s-16-il sena. Jobs Plus għandha tinkoraġġixxi lil dawn il-persuni biex jitħarrġu f’xi forma ta’ sengħa jew industrija fil-pajjiż.
Jobs Plus għandha tibda tanalizza x-xejriet futuri tal-pajjiż. Hu qal li fil-pajjiż hawn ammonti ta’ persuni li mhux ilaħħaqu mal-livelli li għandu l-pajjiż. Għalhekk dawn in-nies għandhom ikunu kkunsidrati. Jobs Plus għandha tidentifika lill-persuni li jbatu biex jittieħdu inizjattivi.
//= $special ?>