L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ddikjara li kull kawża għad-danni li ssir b’rabta mal-inċident waqt Paqpaqli għall-Istrina, għandha titħallas mill-organizzaturi.
Dan ħareġ hekk kif fil-Qorti kompla l-każ li seħħ fl-2015, fejn f’ittra ġudizzjarja l-MIA irrifjuta l-allegazzjonijiet magħmula fil-konfront tiegħu minn disa’ voluntiera nvoluti f’dan l-avveniment ta’ karita’.
L-MIA jiddikjara li qed iżomm lil dawn id-disa’ persuni responsabbli li kieku xi ħadd mit-23 spettatur feruti jew inkella oħrajn affettwati b’xi mod jew ieħor ifittxu lill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għad-danni.
Il-każ kien seħħ fl-4 t’Ottubru, u fil-Qorti hemm tlettax-il persuna, fosthom is-sewwieq tal-Porsche Spyder 918 u miljunarju Brittanniku Paul Bailey, li jinsabu akkużati. Ilkoll jiċħdu l-akkużi kontrihom.
Sitta mill-vittmi qed ifittxu lill-organizzaturi għad-danni bil-Malta Community Chest Fund tinsisti li l-ispettaklu kien organizzat minn terzi.
//= $special ?>