Lokali

Raġel ta’ 31 sena jsofri ġrieħi gravi

Ritratt mill-arkivji

Għall-ħabta tas-sagħtejn nieqes kwart raġel ta’ 31 sena mix-Xgħajra sofra ġrieħi gravi wara li kien qed iħott xi xogħol fuq trailer f’fabbrika fiż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Iktar tard hu kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.