Il-Qorti tal-Appell Kostituzzjonali tat rebħa maġġuri lill-Partit Nazzjonalista kontra l-arroganza tal-poter tal-Partit Laburista.
Iddikjara dan il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija mis-Segretarju ġenerali Clyde Puli u l-President tal-Kumitat Eżekuttiv Mark Anthony Sammut, wara li l-ogħla Qorti f’pajjiżna preseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi – u li minnha l-Gvern ma jista’ jmur imkien aktar – tat raġun lil dak li qal il-Partit Nazzjonalista meta l-Gvern kien ressaq il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.
Fid-diskussjoni fil-Parlament, l-Oppożizzjoni kienet insistiet li numru ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi jmorru kontra l-libertajiet fundamentali kif imniżżlin fil-Kostituzzjoni ta’ Malta. Imma l-Gvern Laburista baqa’ għaddej jinsisti li jgħaddi liġi li tikser id-drittijiet tal-Oppożizzjoni fil-finanzjament tagħha waqt li hu jaħtaf u jabbuża minn flus u propjetajiet tal-poplu f’sistema ta’ finanzjament pubbliku ta’ partit wieħed biss, il-Partit Laburista.
Il-Qorti tal-Appell Kostituzżzjonali bagħtet din is-sentenza importanti lill-Parlament biex issa l-Parlament se jkollu jbiddel il-liġi kif insistiet l-Oppożizzjoni mill-bidu nett. Dan ma kienx ikun hemm bżonnu kieku l-Gvern Laburista għadda liġi bilanċjata mal-partiti kollha u mhux ipprova jagħmel anke din il-liġi mezz biex ixekkel lill-Partit Nazzjonalista fil-fondi meta l-Partit Laburista qed jaħtaf artijiet u flus il-poplu.
Il-Partit Nazzjonalista nnota wkoll li l-Gvern reġa’ nqeda bl-istituzzjoni tal-Avukat Ġenerali biex ixekkel lill-Partit Nazzjonalista fil-fondi. Imma kellha terġa’ tkun l-ogħla Qorti ta’ pajjiżna li mhux biss irmiet ‘il barra l-argumenti tal-Avukat Ġenerali imma wkoll waħħlitu l-ispejjeż. Din hi rebħa maġġuri kontra l-arroganza tal-poter tal-Partit Laburista u dan kontra l-mezzi kollha li uża l-Gvern, inkluż għal darb’oħra l-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>Malta's Constitutional Court has yet again pronounced judgement.
The @MaltaGov and the #AG have breached the constitution in passing the party financing act. The court sent the law to parliament to amend it.#socjetalijimpurtaha https://t.co/dLFKgoU9dO— Adrian Delia (@adriandeliapn) October 8, 2018