Sport Sport Ieħor

Conor McGregor sospiż xahar milli jiġġieled

McGregor tilef ġlieda tal-UFC kontra Khabib Nurmagomedov

Conor McGregor ġie sospiż għal xahar minħabba raġunijiet mediċi wara t-telfa kontra Khabib Nurmagomedov. McGregor kien megħlub f’Las Vegas meta ċeda fir-raba’ rawnd wara li Nurmagomedov tefa’ idu madwar għonq l-Irlandiż.

Il-Kummissjoni Atletika tal-istat ta’ Nevada kkonferma li McGregor kien sospiż milli jiġġieled sas-6 ta’ Novembru u ma jridx jagħmel kuntatt sat-28 ta’ Ottubru. Sospensjoni mediċi hi rutina fil-UFC. B’kollox, 13-il ġellied li ġġieldu f’Las Vegas kienu sospiżi taħt din ir-raġuni.

Wara din il-ġlieda, kien hemm xeni vjolenti li nvolvew lill-ġellieda. Iċ-champion tal-lightweight Nurmagomedov qabeż il-gaġġa u ġġieled kontra membru tat-tim ta’ McGregor. Intant, McGregor kien involut fi ġlieda fl-octagon ma’ membri tat-tim tal-avversarju.

Tlieta mit-tim tar-Russu kienu arrestati iżda ġew rilaxxati wara, b’McGregor jirrifjuta li jipproċedi. Sadanittant, ir-Russa apoloġizza wara l-inċident iżda qal li qabel il-ġlieda McGregor tkellem fuq ir-reliġjon, pajjiżu u missieru.

Tags