Pollakk li kien qed isuq trailer mimli bi fjuwil tal-kuntrabandu ġie arrestat ill-Pulizija fl-Italja.
Il-każ seħħ fl-aħħar jiem meta l-Pulizija waqqfu lis-sewwieq biex jiċċekkjaw x’kien qed jittrasporta. Hawn instab li t-trailer kien mgħobbi bi kważi 24,000 litru ta’ fjuwil tad-diesel imqassma fi 28 kontenitur kbir.
Dan minkejja li, meta mistoqsi mill-uffiċjali ta’ Battifolle, iddikjara li kellu biss likwidu li jintuża għat-tindif u li kien ġej lejn Malta. Iktar investigazzjonijiet sabu li t-trailer telaq mill-Ġermanja lejn Latina, bil-fjuwil li kellu valur ta’ €35,000.
Waqt li x-xufier mistenni jitressaq quddiem il-ġustizzja, fejn mistenni jaffaċċja akkużi ta’ traffikar, dikjarazzjonijiet foloz u evażjoni tat-taxxa, kemm il-vettura kif ukoll il-fjuwil ġew sekwestrati.
//= $special ?>