– Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li l-politika tal-Gvern fir-rigward tax-xogħol hi bbażata fuq in-numri u mhux il-kwalità tax-xogħol.
Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li dħad hawn setturi kbar ta’ ħaddiema li ħadd ma jirrapreżenthom u għaliex huma ma jistgħux isemmgħu leħinhom. Hu enfażizza l-importanza tal-politika nazzjonali fil-konfront tax-xogħol u sostna li l-Gvern qed jibbaża l-politika fuq in-numri.
Hu kkritika l-fatt li l-ministru qal li hawn bżonn 44,000 ħaddiem barranin għaliex dan juri li l-gvern hu ngranat li jibqa’ jdaħħal lill-barranin. Jidher ċar li m’hemmx viżjoni fir-rigward il-ħaddiem Malti. Fil-pajjiż hawn kwantità ta’ ħaddiema li l-paga ma sservihomx għall-ħajja ta’ kuljum.
Il-Gvern mhux qed jagħti prijorità lill-ħaddiema li jeħtieġ li jkollhom żieda fil-paga. Husemma l-iskema tal-GWU li fiha l-ħaddiema kienu qed jitħallsu €600. Wara presjsoni tal-Oppożizzjoni dawn żdiedu għal €800 meta s-survey juri li familja għandha bżonn €400 fil-gimgħa biex tgħix. L-Oppożizzjoni kienet appellat biex dan il-ħaddiema jingħataw l-arretrati ta’ €4,800.
Carm Mifsud Bonnici qal li hemm grupp ta’ ħaddiema oħra li mhux ikunu protetti u qed ikunu abbużati.
//= $special ?>