L-akbar proġett ta’ żvilupp li kien immexxi mill-konsorzju Midi plc, dak f’Manoel Island, issa għadda f’idejn il-Grupp Tumas. Dan kien żvelat illum mill-ġurnal Times of Malta.
Skont ir-rapport li ġew żvelati, jidher li Tumas Group xtara il-maġġoranza tal-ishma f’dan il-proġett, li se jbiddel Manoel Island f’villaġġ Mediterranju ta’ klassi għolja.
L-istess ġurnal jgħid illi l-ftehim preliminari diġa’ ġie konkluż. Tumas se jkun qed iħallas mal-€100m biex jinxtraw dawn l-ishma. Din iċ-ċifra tfisser li l-Grupp se jkollu l-kontroll ta’ 60 fil-mija tal-proġett f’Manoel Island.
//= $special ?>