Hekk kif dalgħodu fil-Qorti kompliet tinstema’ l-Kawża Kostituzzjonali li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali, illum il-Qorti ordnat li fis-seduta li jmiss jittellgħu bħala xiehda l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Owen Bonnici.
Il-Kap tal-PN fetaħ din il-kawża wara li l-Avukat Ġenerali naqas milli jgħaddilu kopja tal-inkjesta Egrant. Dan meta kemm Joseph Muscat, kif ukoll Owen Bonnici għandhom kopja sħiħa tal-ikjesta.
Interessanti l-fatt li fil-Qorti illum, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali oġġezzjona li jissejħu l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja. Iżda l-Imħallef Robert Mangion fid-digriet tiegħu saħaq li Joseph Muscat u Owen Bonnici għandhom jissejħu.
Il-kawża se tkompli fit-23 t’Ottubru li ġej.