Futbol Sport

Impenji internazzjonali għal Fyodor Zammit u Luke Portelli

Ir-referee tal-FIFA Fyodor Zammit nħatar mill-UEFA biex minn għada sas-16 ta’ Ottubru jikkontrolla logħbiet minn Grupp 11 tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-tournament finali tas-sena d-dieħla.

Fyodor Zammit se jkun referee tal-partita bejn Wales u l-Belarus li tintlagħab għada u tlett ijiem wara se jikkontrolla l-logħba bejn Wales u l-Kazakhstan. Ma’ Zammit, se jkun hemm miegħu l-assistent referee tal-FIFA Luke Portelli li se jkun fiż-żewġ logħbiet li Zammit hu referee.

Fis-16 ta’ Ottubru tintlagħab il-logħba bejn Wales u l-Portugall, b’Luke Portelli se jkun l-assistent referee filwaqt li Fyodor Zammit se jkun ir-raba’ uffiċjal, bl-uffiċjali l-oħra se jkunu mill-Finlandja.