Dikjarrazzjoni tal-falliment tal-Gvern fis-settur edukattiv, dan wara li s-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ u Sports Clifton Grima qal li “issa rebaħ is-sens komun” fid-dawl tal-kwistjoni tal-għalliema, fejn qal li il-Gvern kellu jirtira ligi ghall-ewwel darba fl-istorja.
Fuq ix-xandir nazzjonali f’dibattitu mas-Segretarju Generali tal-PN Clyde Puli qal li fid-dawl tal-kriżi li s-settur edukattiv li Gvern qed iħabbat wiċċu magħha, b’din l-istqarrija li “issa rebaħ is-sens komun”, il-Gvern qed jammetti li fl-abbozz kien hemm xi ħaġa ħażina.
Clyde Puli, il-kelliem tal-Edukazzjoni tal-PN qal li ġew irtirati 3 abbozzi ta’ liġi f’salt u f’episodju mingħajr preċedent, għax il-Gvern baqa jinsisti u saru dawn l-abbozzi mingħajr studji u konsultazzjonijiet. Is-Segretarju Ġenerali tal-PN saħaq li dan kollu espona falliment ewlieni ta’ dan il-Gvern, hekk kif din il-liġi ġiet irtiratata mhux għaliex għandna Gvern li jisma’ iżda l-għaliex għandna Gvern li jwebbes rasu u ried jgħaddi romblu minn fuq l-edukaturi.
Taħt pressjoni Grima qal li l-Gvern kellu jdoqq l-irtirtata wara li ġie dahru mal-ħajt. Fid-dawl ta’ dan Clyde Puli kompla jsostni li min-naħa tiegħu il-Gvern b’din l-irtirata qed jammetti li m’għamilx konsultazzjoni denja ma’ dawk konċernati fis-settur. Bi kriterji li ma kienux ċari li joħolqu lok għall-abbuż. Huwa qal ukoll li l-għalliema u l-MUT taw lezzjoni ta’ kif għandek taqbeż għall-interessi tiegħek, kontra min jipprova jgħaddi qisu romblu fuq ħaddieħor.
Clyde Puli sostna li llum il-ġurnata l-għalliema qed ikunu mhedda u mhux isibu ħajt ta’ kenn, bi kriterji mċajprin u nuqqas ta’ rieda kontra l-vjolenza fuq l-għalliema u l-edukaturi.
800 student bla transport – Grima l-ewwel jgħid li m’għandux iċ-ċifra iżda imbagħad f’temp ta’ ftit sekondi jaqbel ma’ Clyde Puli
Fuq it-transport b’xejn għall-istudenti Puli qal li hemm mat-800 student li għadhom bla transport. Xi ħaġa li tniżżel ħsieb, bil-Gvern ma jridx joħroġ iċ-ċifra uffiċjali, f’dan il-waqt Clifton Grima jgħid li m’għandux din iċ-ċifra iżda fi ftit sekondi imbagħad jgħid li ċ-ċifra hija vera xi ħaġa hekk.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-problemi fis-settur edukattiv baqgħu jippersistu fejn rasna Gvern li mill-bidu tas-sena akkademika inqabad li mghandux pjan ghall-ghalliema u l-edukazzjoni.
//= $special ?>