L-għawwiem Rudi Spiteri kien it-tieni atleta Malti fl-azzjoni fit-tielet edizzjoni tal-Olimpjadi taż-Żgħażagħ li qed isiru fi Buenos Aires fl-Arġentina. Spiteri pparteċipa fit-tielet heat tal-50 metru freestyle.
Spiteri spiċċa fit-tieni post fil-heat tiegħu b’ħin ta’ 24.35 sekonda li fisser l-aħjar ħin personali f’din il-kategorija. Hu spiċċa fit-33 post minn total ta’ 54 għawwiem. L-aħjar ħin mis-seba’ heats kien tal-Eġizzjan Abdelrahman Sameh, li waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 22.60 sekonda. Rudi Spiteri jerġa’ jkun fl-azzjoni llum fil-heats tal-50 metru butterfly.
Illum ħadet sehem ukoll it-tennista Francesca Curmi. Hi ħadet sehem fl-ewwel rawnd tal-mixed doubles flimkien ma’ Facundo Diaz Acosta. Huma ħarġu telliefa kontra Joanna Garland u Chun Hsin Tseng 6-2, 3-6, (10-3) f’siegħa u seba’ minuti. Għal Curmi dan kien it-tielet impenn f’din l-edizzjoni wara li ħadet sehem fl-ewwel rawnd tas-singles u d-doubles.
//= $special ?>