Soru Maltija ġiet rikonoxxuta għall-ħidma sfieqa tagħha, liema ħidma wettqet għal snin twal fl-Italja u b’mod speċjali f’Messina.
Is-soru, li tifforma parti mill-komunità tal-Little Sisters of the Poor, twieldet ir-Rabat Malta nhar l-20 ta’ Diċembru tal-1930 u kienet ingħatat l-isem ta’ Joanna Antida Cortis, qabel għażlet l-isem ta’ Suor Regina de Marie Médiatrice meta ta’ 19-il sena ħadet il-voti bħala soru.
Matul is-snin hi wettqet il-ħidma reliġjuża tagħha fi Franza , in-Normandija u r-Renju Unit (bejn l-1949 u l-1969), f’Katanja (sal-1979) u Melbourne (sal-1989) qabel irritornat mill-ġdid fl-Italja fejn serviet f’Napli u finalment Messina.
Kienu grupp ta’ ċittadini minn Messina li nnominaw lis-soru Maltija, bis-Sindku Cateno De Luca li waqt iċ-ċerimonja faħħar lis-soru Maltija għall-mod kif laqgħet diversi persuni li fittxew l-għajnuna, b’imħabba, għajnuna u protezzjoni fil-konfront ta’ dawk abbandunati u waħidhom, b’mod speċjali l-anzjani.
//= $special ?>