Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ fil-Vatikan, l-Arċisqof Charles Scicluna ġie mistoqsi dwar il-każi ta’ abbuż sesswali li ħarġu fil-beraħ fl-aħħar snin – każ li taw daqqa kbira lill-Knisja Kattolika tista tgħid madwar id-dinja kollha.
Mons. Scicluna kien qed jipparteċipa fis-Sinodu taż-Żgħażagħ meta f’waqt minnhom ġie mistoqsi xi jwieġeb lil nies li jiġu quddiemu b’dawn il-każi ta’ abbuż.
“X’nista’ ngħid? Mhux wisq. Anzi, ma nitkellimx u nibki magħhom”, sostna Mons. Charles Scicluna. “Irridu naħdmu biex f’każi bħal dawn insibu l-verita’ u ssir ġustizzja”.
Din il-pożizzjoni u l-mod kif tkellem l-Arċisqof ta’ Malta ġie imfaħħar minn bosta li kien preżenti.
//= $special ?>