Lokali

Bedingfield imkeċċi mill-Parlament wara li tkellem baxx

Waqt li d-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġornament fil-Parlament it-tempra tad-deputati minn naħa tal-Gvern kompliet teskala, l-istess kif seħħ fis-seduta tat-Tlieta.

F’ħin minnhom, id-deputat Speaker Claudette Buttigieg keċċiet lil Bedingfield mill-Kamra tar-Rappreżentanti minħabba li hi qalet illi semgħetu jidgħi.

Ftit wara, Buttigieg ġibdet l-attenzjoni tad-deputat Laburista biex jirritorna lura u jiskuża ruħu. Bedingfield qal li d-diskors ta’ Simon Busuttil kien tiliflu rasu.

Aktar kmieni waqt is-seduta kien hemm diversi interruzzjonijiet kontinwi minn deputati tal-Gvern, bid-Deputat Speaker tgħid li kien se jkollha tkeċċi xi membri ‘l barra mill-Kamra.