Bertu’s Gym għalaq 36 sena minn mindu fetaħ il-bibien tiegħu għal body building u għal dawk li jridu jagħmlu l-ezerċizzju. Bertu Camilleri mill-ewwel qalilna għalxiex kien fetaħ dan il-gym… wieħed minn tal-ewwel f’pajjżna…
Intant Bertu beda jġedded il-memorji, minn mindu tpoġġiet l-ewwel ġebla, l-akkwisti li l-gym wettaq fil-qasam tal-fiżika, kif ukoll is-suċċessi li kisbu dawk li jmorru l-gym tiegħu.
Mistoqsi għalxiex hemm Gym tan-nisa, li jinsab fil-parti ta’ isfel tal-binja, Bertu spjegalna l-kunċett wara dan kollu.
Bertu tista’ tgħid li kien champion tal-boxing, u hawn ma naqasx milli jirrakontolna fuq dan is-suċċess. Madanakollu qalilna s-suċċess l-aktar li hu għall-qalbu huwa li jara lill-istudenti tiegħu jirnexxu, u li rnexxielu jrawwem bosta li kisbu suċċessi kbar…
Hawn uriena ftit ukoll fuq kif kien jagħmel il-boxing fi żmienu u qalilna wkoll kif isibuh in-nies tal-gym.
L-entużjażmu u l-imħabba lejn il-gym u l-fiżika jidher f’Bertu hekk kif jekk inħarsu lura f’dawn is-36 sena ta’ gym, huwa ġab biss suċċess, permezz tal-imħabba u d-dedikazzjoni lejn xogħlu.
Filmati: Steve Psaila.
//= $special ?>