Lokali Saħħa

FILMAT: Michelle Muscat iżżur Monte Karmeli, iżda ma tafx x’inhu l-pjan tal-Gvern

L-istedina biex tattendi l-media toħroġ mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, iżda Michelle Muscat ma tafx x'inhu l-pjan għas-settur tas-saħħa mentali f'Malta

F’Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, il-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat żaret l-isptar Monte Karmeli, sptar li dan l-istazzjon fl-aħħar jiem investiga diversi każijiet ta’ telqa fl-isptar Monte Karmeli u li minħabba fihom qed ibatu kemm il-pazjenti u anke l-istaff.

Filfatt illum, NET News attenda għal din iż-żjara, pero għal mistqosijiet tagħna Michelle Muscat ma kinitx kapaċi tirrispondi d-domandi li sarula dwar x’se jkun l-investiment tal-Gvern fis-settur tas-saħħa mentali, u jekk hux se jiġu impjegati aktar nies f’dan is-settur.

B’hekk, minkejja li Michelle Muscat żaret l-isptar u stiednet lill-media biex tattendi – bl-istedina toħroġ minn Kastilja stess – il-mara tal-Prim Ministru ma tafx bil-pjan tal-Gvern għas-settur tas-saħħa mentali.