Lokali

FILMAT: Mill-bieraħ sal-lum, Joseph Muscat ibiddel kliemu

Ara fil-filmat kif il-Prim Ministru Joseph Muscat biddel il-verżjoni tiegħu mill-bieraħ sal-lum

Mill-bieraħ sal-lum, il-Prim Minsitru Joseph Muscat biddel il-verżjoni tiegħu dwar jekk jerġax jirrepeti l-allegazzjoni ta’ frodi tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil barra l-Parlament.

Fis-seduta li fiha nqala l-kjass sħiħ dwar l-aħħar rivelazzjoni tal-grupp ta’ ġurnalisti li jiffurmaw The Daphne Project, kixfu gidba oħra tal-Ministru Chris Cardona – il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li hu lest li jerġa’ jirrepeti barra l-Parlament l-allegazzjoni ta’ frodi minn Simon Busuttil, iżda mal-cameras ta’ NET News qal mod ieħor

Nisfida lil Joseph Muscat biex jissustanza jew jirtira l-allegazzjonijiet serji li għamel kontra Simon Busuttil. Jien tlabt li hu jippubblika r-rapport tal-Egrant biex nikkoreġi l-iżbilanċ politiku li ħoloq l-Avukat Ġenerali”, qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fuq Twitter, wara l-allegazzjonijiet serji li qal fil-Parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn fost l-oħrajn għajjat f’ewforija l-kelma ‘frodist’.

Kien fis-seduta Parlamentari tal-bieraħ, meta l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mal-ewwel ġibed l-attenzjoni ta’ dak li allega l-Prim Ministru Joseph Muscat – dwar l-iżbilanċ politiku li jeżisti, fejn il-Gvern għandu r-rapport sħiħ tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant, filwaqt li l-Avukat Ġenerali għadu jwaqqaf milli l-Oppożizzjoni jkollha kopja tar-rapport. Adrian Delia għamel referenza għall-kawża kostituzzjonali li hemm il-Qorti u kif il-poplu għandu dritt għall-verita’.

Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil stqarr li hu jaqbel perfettament ma’ dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, u li ġibed l-attenzjoni dwar l-akkużi foloz u t-theddid li rċieva.