Lokali Parlament

In-negozji tal-familja Maltin m’għandhomx ikunu diskriminati

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li n-negozji tal-familja Maltin m’għandhomx ikunu diskriminati fil-konfront ta’ negozji oħra.

Fil-parlament Claudio Grech qal li n-negozji tal-familja għandhom diversi vantaġġi fosthom li joperaw f’kuntest ta’ komunità u li jkollhom tmexxija informali. Hu enfażizza l-importanza tat-tkabbir tan-negozji tal-familja u qal li llum is-suċċessjoni naturali tan-negozji tal-familja m’għadhiex isseħħ.

Għalhekk jeħtieġ li din terġa ssir xi ħaġa normali biex in-negozji joepraw. Hu qal li l-Malta Devlopment Bank għandu jintuża biex jissaħħu l-ideat li jitressqu fil-kuntest ta’ proġetti.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar it-tassazzjoni u qal li għandha ssir diskusjsoni dwar li l-SMS għandu jkollhom massimu ta’ 10% taxxa fuq l-ewwel €50,000 li jaqilgħu. Hawn negozji Maltin li qed isofru diskriminazzjoni ta’ sfida fiskali. Jeħtieġ li n-negozji Maltin jissaħħu u jinżammil-bilanċ man-negozji l-oħra. Hu qal li l-Oppożizzjoni hi favur dawn l-emendi.