Lokali

Muscat għad għandu fiduċja fil-Kummissarju

X'għamel il-Kummissarju dwar l-informazzjoni li kellu rigward Chris Cardona?

Hekk kif din il-ġimgħa ġie żvelat illi fil-Qorti ħarġu provi dwar il-party privat u t-telefonati li fihom kienu imdaħħla Chris Cardona u Alfred Degiorgio, illum qed tkompli tikber il-pressjoni fuq il-Kummissarju tal-Pulizija li donnu injora kompletament din l-informazzjoni u għażel illi ma jinvestigax.

Dalgħodu Net News saqsa lill-Prim Ministru jekk għadx għandu fiduċja fil-Kummissarju Lawrence Cutajar wara prova oħra li kellu l-informazzjoni dwar Chris Cardona u xorta m’għamel xejn. Joseph Muscat weġibna illi “għad għandu fiduċja fil-Kummissarju”.