Lokali

“Trid tintrefa’ responsabbilta’ wara d-deċiżjoni tal-Qorti, partikolarment mill-Kummissarju”

Adrian Delia jitkellem fuq il-programm NET Live dwar l-aħħar żviluppi politiċi

Quddiem dak kollu li qed iseħħ f’pajjiżna, għandna Kummissarju tal-Pulizija, Ministru tal-Ġustizzja u Prim Ministru li ma qed jagħmlu xejn – u bil-kontra tagħhom hemm l-għola Qorti li qed titkellem pubblikament. Din hi sitwazzjoni tal-biża, u dak li qalet il-Qorti jrid jiġi eżegwitt – trid tintrefa’ responsabbilta’ partikolarment mill-Kummissarju tal-Pulizija” – kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia waqt il-programm NET Live.

Adrian Delia tkellem dwar l-aħħar informazzjoni li żvelaw ġurnalisti bl-involviment ta’ Chris Cardona, u r-reazzjoni xokkanti tal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament. Adrian Delia stqarr li hu sfida lill-Prim Minsitru biex jissostanza l-argument tiegħu jew inkella jirtira dak li qal. Il-Kap tal-Oppożizzjoni żied li mhux se jippermetti lill-ebda membru tal-Gvern jgħajjar personalment u b’mod dirett lill-ebda membru tal-Oppożizzjoni.

Adrian Delia tkellem ukoll dwar il-kawża kostituzzjonali li hemm għaddej fil-Qorti, fejn  qal li qed issir wisq ħsara lill-pajjiżna. Spjega kif mhux normali li l-Qorti tal-Appell titkellem dwar ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Għalhekk trid tintrefa responsabbilta’ mill-Gvern għal dak li ddikjarat il-Qorti.

Adrian Delia spjega kif l-Avukat Ġenerali qed jipprova jtawwal iż-żmien tas-smiegħ. “Irridu nifhmu x’qed jagħmel l-Avukat Ġenerali, li ma jagħtix kopja tar-rapport lili – għax jgħid li l-Prim Ministru għandu bżonnu fil-qadi ta’ dmirijietu, iżda l-Kap tal-Opopżizzjoni le. Il-pożizzjoni tal-Avuakt Ġenerali m’għadhiex tenibbli”, temm jgħid Adrian Delia.