L-eks attakkant Taljan Vincenzo Montella, li għandu 44 sena, għall-aħħar 11-il ġurnata jinsab f’pajjiżna.
Dan ir-ritratt ittieħed f’San Ġiljan, iktar kmieni dalgħodu, minn ġurnalist ta’ dan is-sit hekk kif nistgħu niżvelaw li laeroplanino qed jattendi għal kors intensiv tal-Ingliż. Hu jħalli pajjiżna għada.
Mindu rtira Montella, eks plejer ta’ Empoli, Genoa, Sampdoria, Roma u Fulham, hu mexxa lil diversi klabbs bħala kowċ ta’ Roma, Milan, Catania, Fiorentina kif ukoll Seville.
Illum-il ġurnata, l-eks plejer internazzjonali tal-Italja jinsab mingħajr klabb. Min jaf jekk il-kors tal-Ingliż f’pajjiżna hux ħjiel tal-futur?
//= $special ?>