Mijiet ta’ appuntamenti mid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei qed jiġu posposti, uħud minnhom anke b’sena, hekk kif għadu għaddej strajk tad-dentisti.
L-istrajk ilu jippersisti mis-6 t’Awwissu,, bid-dentisti li qed jakkużaw lill-Gvern mhux biss li qed jinjorahom imma wkoll li qed jipprova jagħlqilhom ħalqom fost xnigħat li se jinġiebu dentisti barranin biex jieħdu posthom. Fl-aħħar ġimgħat filfatt diġa beda x-xogħol dentist mis-Serbja, li ħalla pajjiżna ftit wara.
Il-kwistjoni hi dwar negozjati għal kundizzjonijiet aħjar, inkluż żieda fil-paga, iżda baqgħu bla risposta minkejja li għamlu t-talbiet tagħhom xhur ilu. Tħassru wkoll laqgħat skedati għalihom mill-Gvern.
Minflok, il-Gvern jidher li hu kuntent iħallas iktar mid-doppju tat-talbiet tagħhom biex jagħmel out sourcing u jibgħat lil uħud mill-pazjenti għand il-privat.
Sadattant, id-dentisti f’Mater Dei qed jonqsu b’rata allarmanti, tant li minn 45 xi snin ilu, u li wkoll ma kinux biżżejjed, issa għandna biss 9 f’Malta u 2 f’Għawdex.
F’nofs dan kollu hemm il-pazjenti, uħud minnhom li ma jaffordjawx imorru għand il-privat u huma sfurzati jistennew sal-appuntament tagħhom – dan meta anke filling tas-snien, jekk ma jsirx fi żmien qasir, kapaċi jwassal għal diżastru fi snien dak li jkun.
//= $special ?>
