Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-pajjiż għandu jkompli jinvesti b’saħħa fit-taħriġ taż-żgħażagħ. U għalhekk ħejja Pre-Budget Document dettaljat, u li jħares ukoll lejn dan l-aspett.
Dwar dan tkellem il-Kap tal-PN Adrian Delia meta dalgħodu żar l-MCAST, akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli.
Adrian Delia qal li l-pajjiż irid iħejji ruħu għax-xogħlijijet mhux biss li jeżistu bħalissa, iżda għal dawk li għad iridu jinħolqu, l-aktar fid-dawl taL-iżviluppi tant mgħaġġla fit-teknoloġija u x-xjenza. Huwa qal li jekk l-istudenti iridu jiġu direzzjionati fl-oqsma l-godda li qed jinħolqu, jinħtieġu wkoll għodod, tagħlim u taħriġ. B’hekk il-pajjiż ikun jista jixpruna l-istudenti tagħna f’dawn is-setturi.
Adrian Delia qal li f’diskussjonijiet li kellu mal-amministrazzjoni tal-iskola, hareġ il-bżonn li l-Gvern jagħmel investimenti akbar f’dan il-Kulleġġ sabiex l-istudenti jingħatalhom servizz aħjar u għażla akbar fl-istudji tagħhom.
Hu tkellem ukoll dwar in-nuqqas ta’ rispett li ntwera lejn l-għalliema fl-aħħar ġimgħat u dwar kif dan jista’ jimpatta b’mod negattiv fuq dawk l-istudenti li huma mħajjra jagħżlu din il-professjoni.
Waqt iż-żjara tiegħu Adrian Delia dar id-diversi stands ta’ studenti u aġenziji fl-MCAST u ltaqa’ u tkellem ma’ numru ta studenti li qed jipparteċipaw fi Freshers’ Week.
//= $special ?>