Raġel Sirjan ta’ 36 sena residenti f’Ħaż-Żabbar sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.20a.m. fi Triq Villabate Ħaż-Żabbar.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti fiż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>