Lokali

Jinstabu tajr protett fi freezer f’Ħal Tarxien

Membri tal-iskwadra tal-Administrative Law Enforcement dalgħodu għamlu tfittxija f’għalqa f’zona magħrufa bħala Il-Ballut f’Marsaxlokk b’rabta ma’ kaċċa llegali.

Jgħinu lill-pulizija tul din it-tfittxija kien hemm żewġt irġiel ta’ 31 u 65 sena.

It-tfittxijiet fl-għalqa rriżultaw fin-negattiv iżda iktar tfittxijiet fir-residenza tal-irġiel f’Ħal Tarxien irriżultaw f’sejba ta’ għadd ta’ għasafar mejta fi freezers inklużi tajr protett bħal Margun, isqra ta’ Ħannieqa u Igrett isfar.

It-tajr li  nstab ġie mgħoddi lill-Wild Birds Regulation Unit.

L-investigazzjonijet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.