Lokali

Kontrollat nar fi scrap yard f’Ħal Luqa

Il-lejl li għadda kien lejl ieħor impenjattiv għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif ftit wara nofs il-lejl feġġew nirien li ħakmu scrap yard fil-limiti ta’ Ħal Luqa.

Net News hu nfurmat li l-pumpieri damu sas-1:30am biex ikkontrollaw in-nirien.

L-scrap yard tinsab fi Triq Valletta, u fil-post issejħu ukoll il-Pulizija.

Skont l-informazzjoni li ksibna jirriżulta li n-nar qered trakk u żiemel ta’ trailor.