Il-Gvern se jibqa għaddej bil-pjan tiegħu li jibda jiġbor l-iskart organiku il-31 t’Ottubru minkejja n-nuqqas ta’ kjarezza dwar dan.
Ikkonfermalna dan il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera fi tmiem Business Breakfast dwar ir-riċiklaġġ f’lukanda fil-Qawra.
Bosta residenti u kunsilli lokali għadhom fl-għama dwar id-dettalji tal-ġbir minkejja li dan mistenni jibda jsir f’inqas minn tlett ġimgħat oħra.
Mistoqsi dwar l-iskema, l-Ministru ma setax iwieġeb dwar in-numru ta’ organic bins li s’issa tqassmu fid-djar. Sa l-aħħar tax-xahar kull dar f’Malta suppost ikollha organic bin biex jinżamm fih l-iskart organiku. Dan l-iskart imbagħad jinġabar it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa f’kull lokalita’.
Madankollu, f’Malta kienu biss l-għaxar lokalitajiet li pparteċipaw fil-Pilot Project tal-iskart organiku li ngħataw il-ħinijiet tal-ġbir ta’ dan l-iskart. Il-Kunsilli tal-lokalitjiet l-oħra għadhom qed jistennew li jiġu allokati l-ħinijiet tal-ġbir.
Diffikulta’ oħra li jeħtieġ li tiġi ndirizzata hija li l-avviż jitlob li l-iskart organiku jinħareġ mhux iktar minn 4 sigħat qabel il-ħin tal-ġbir. Dan ser joħloq diffikultajiet lil residenti li jkollhom ħinijiet tal-ġbir partikolari. Il-ħin indikat għall-ġbir fil-lokalita’ ta’ Ħad Dingli huwa s-6.00pm. dan ifisser li r-residenti l-aktar tard li jistgħu joħorġu l-iskart huwa fis-2.00pm. Dan joħloq problema għal residenti li jaħdmu jew għal xi raġuni ma jkunux id-dar f’dawk il-ħinijiet.
Il-Gvern għadu sa llum ma mmodifikax l-avviż legali biex jinkludi l-lokalitajiet maqbuża.
Il-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ mozzjoni mressqa mid-deputati Jason Azzoppardi u Robert Cutajar iktar kmieni dan ix-xahar talab lill-Gvern biex jirrevoka dan l-avviż legali u minflok jibda proċess ta’ konsultazzjoni serja mal-kunsillil lokali u l-entitatjiet kollha nvoluti. Madankollu l-Gvern qed jinsisti li jibqa’ għaddej u jibda l-ġbir tal-iskart organiku fid-data stipulata orġinarjmanet minkejja l-inċertezzi kollha.
Il-Ministru stqarr li qed jistenna li meta tibda titħħaddem din l-iskema jkun hemm numru ta’ problemi u qal ukoll li l-poplu għadu mhux preparat għal dan il-kunċett.
Jose Herrera temm jgħid li din l-iskema jeħtieġ ikollha wkoll qafas penali u għalhekk se jkun hemm pieni għal dawk li jonqsu milli jħarsu r-regolamenti l-ġodda dwar l-iskart.
//= $special ?>