Lokali Qorti

“Ċertu kawżi saru qishom telenovella”

Messaġġ qawwi li wassal l-Imħallef il-ġdid Grazio Mercieca hekk kif indirizza l-Qorti fl-ewwel seduta bħala Imħallef

Hemm bżonn li l-problema tad-dewmien fis-smiegħ tal-kawżi tigi indirizzata, biex b’hekk  is-sistema ġudizzjarja tirrifletti bl-ahjar mod possibli is-saltna tal-liġi. Dan kien il-messagg ewlieni fid-diskors ta’ Grazio Mercieca fiċ-ċerimonja tal-ewwel seduta mill-ħatra tiegħu bħala imħallef.

“Smiegħ li tant kemm ikunu twalu jkunu qishom saru telenovella.”

Hu fakkar li d-dewmien huwa saħanasitra ksur fundamentali, hu fisser il-prinċipju tal-oralità. Huwa qal li d-dewmien fil-kawżi jnaqqas l-enfasi fuq l-oralità, oralità li tfisser sempliċità, ħeffa u lealtà.

L-imħallef Mercieca, spjega x’inhu l-irwol ta’ imħallef illum – ibbazat fuq numru ta’ principji. U hafna drabi, li jkollu f’idu jkun biss ktieb ta’ prinċipji li ġie mgħoddi lilu.

Hu insista li l-istatus tal-ġudikatura ghandu jkun għola, u għandhom jingħataw aktar għodda biex jwettqu xogħlhom bl-aħjar mod possibli.

Innota wkoll kif kultant ċertu spejjeż għolja tal-qorti jafu jżommu lill-pubbliku milli jingħata r-raġun.

Tkellem ukoll l-avukat George Hyzler, il-President tal-Kamra tal-Avukati, li fid-diskors tal-bidu qal li fis-snin li ghaddew l-Imhallef Mercieca diga kien strumentali biex għen mhux ftit fit-tnaqqis tal-każijiet pendenti… li n-numru tagħhom huwa kbir, u ta’ piż fuq il-Qorti.