L-awtoritajiet Franċiżi qed jinvestigaw potenzjalment każ ta’ rranġar tal-logħba li fiha dan ix-xahar Paris St-Germain għelbu lil Red Star Belgrade 6-1 fil-UEFA Champions League. Allegatament, uffiċjal ta’ Red Star poġġa bet ta’ kważi €5 miljun biex il-klabb Serb jitlef b’ħames gowls, kif irrapporta l-ġurnal Franċiż L’Equipe.
Il-Prosekutur Nazzjonali Franċiż tal-Finanzi qed jinvestiga dawn l-akkużi wara notifika mill-UEFA. Iż-żewġ klabbs ċaħdu li għamlu xi ħaġa ħażina. L-istqarrija ta’ Red Star Belgrade ċaħdet l-istorja b’rabja kbira u qalet li dan l-artiklu jista’ jħammeġ ir-reputazzjoni tal-klabb. Huma qalu li qed jistennew il-verità fl-iqsar żmien u jneħħu kull dubju dwar l-involviment tagħhom.
Paris Saint-Germain qalu li jtennu l-impenn tal-integrità fil-kompetizzjonijiet u jirrifjutaw kull forma ta’ prattika li ddaħħal dan id-dubju.
//= $special ?>