Internazzjonali

Jinstabu katavri ta’ militanti tal-ISIS qrib Sirte

L-uffiċjali Libjani qalu li sabu qabar tal-massa li fih hemm aktar minn 75 katavru qrib Sirte.
L-indikazzjonijiet huma li dawn kienu ġellieda tal-ISIS. Sirte sa ftit ilu kienet fortizza tal-militanti tal-ISIS. Salem el-Ameel, kelliem għall-forzi li jikkontrollaw Sirte, qal li l-qabar tal-massa nstab minn resident ftit ġranet ilu fir-razzett tiegħu fid-distrett ta’ al-Daheir. Intqal li l-ħwejjeġ misjuba fuq il-katavri – li kienu fi stadju avvanzat ta’ dekompożizzjoni –jindikaw li dawn kienu militanti tal-ISIS.

Dan il-grupp tkeċċa minn Sirte fl-2016 wara offensiva mill-forzi Libjani appoġġati mill-ajru mill-Istati Uniti. Minn dakinhar, dawn inġabru fid-deżert, biss xorta baqgħu attivi fil-Punent tal-Libja. F’April, il-Gvern Libjan ibba-żat fi Tripli ta bidu għal offensiva biex jipprova jkeċċihom minn hemm ukoll.

Il-grupp ħa r-responsabbiltà għal sensiela ta’ attakki suwiċida, inkluż wieħed ix-xahar li għadda kontra l-kwartieri ġene-rali tal-Kooperazzjoni Nazzjo-nali taż-Żejt Libjan fi Tripli, meta mietu żewġ impjegati.

Kien hemm ukoll attakk f’Mejju kontra l-kummissjoni elettorali tal-pajjiż u fih 14-il persuna nqatlu.