L-Oppożizzjoni hi magħquda f’kundanna wara dak li seħħ fil-Parlament, fejn diversi seduti kellhom jiġu sospiżi fost oħrajn minħabba l-għaġir tad-deputati Laburisti u t-theddid tal-Prim Ministru fil-konfront ta’ Simon Busuttil.
Dan joħroġ ċar mill-kummenti li ta d-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil illejla waqt il-programm Net Live.
“Għalija kienet ġimgħa sewda għad-demokrazija, kieent atmosfera tal-biża’ u kienet tal-biża’ għax il-protagonist fiha kien il-Prim Ministru nnfisu”.
Iddikjara li dan it-theddid hu iktar serju meta seħħ biss ftit jiem mis-sena anniversarju tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’dan l-episodju, kien pront il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li ddefenda l-attakk kundannabbli fuq Simon Busuttil.
//= $special ?>