Il-kantanta Maltija Jessica Spiteri ħalliet impressjoni tajba waqt il-prestazzjoni tagħha quddiem il-ġurija ta’ Sanremo, tant li ntagħżlet bħala waħda mis-semifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni prestiġġjuża.
Dan hekk kif Spiteri pparteċipat f’Area Sanremo Tour, li hu l-uniku konkors uffiċjali li jwassal lill-kantanti għal Area Sanremo, jekk jintagħżlu, sakemm finalment jgħaddu għas-serata finali tal-Festival di Sanremo.
//= $special ?>