Il-ġellied tal-UFC Khabib Nurmagomedov hedded li jitlaq l-isport jekk jitkeċċa sieħbu wara l-irwol li kellu fix-xeni ta’ wara l-ġlieda li fiha r-Russu għeleb lil Conor McGregor. Nurmagomedov qabeż mill-octagon biex jisfida membru tat-tim ta’ McGregor wara li kien għeleb lill-Irlandiż biex żamm it-titlu lightweight tad-dinja.
McGregor iġġieled kontra l-kamp tar-rivali tiegħu hekk kif il-ġlied kompla madwar il-post. Il-ġellied Zubaira Tukhugov kien wieħed minn dawk li allegatament laqat lil McGregor. Il-ġlieda li jmiss li Tukhugov kellu kontra Artem Kobov fi tmiem dan ix-xahar tħassret.
Nurmagomedov jemmen li l-kompatrijott qed jiġi penalizzat minħabba l-irwol tiegħu fl-avvenimenti li seħħe fit-T-Mobile Arena f’Las Vegas il-Ħadd, fejn żied li se jkun qed jieħu azzjoni jekk ikun hemm aktar sanzjonijiet.
“Iddeċiedu li tkeċċuh u tkunu tafu li titilfu lili wkoll. Għala għandkom tikkastigaw lit-tim tiegħi meta ż-żewġ timijiet iġġieldu?” qal Nurmagomedov fuq Instagram. Tukhugov allegatament qabeż fil-gaġġa wara r-rebħa ta’ sieħbu u ta daqqa lil McGregor fuq wara ta’ rasu.
“Aħna qatt ma naqtgħu qalbna fuq ħutna fir-Russja u se nibqa’ miegħu sal-aħħar. Jekk tiddeċiedu li tkeċċuh, tinsewx tibagħtu l-kuntratt mqatta’ tiegħu, inkella nqattgħu jien. Tinsewx li kien Conor li ta daqqa lil wieħed mit-tim l-ewwel, iċċekjaw il-filmat,” żied Nurmagomedov.
Dawn ix-xena fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, kienu l-kulminazzjoni ta’ diversi argumenti bejn iż-żewġ ġellieda. Il-kap ta’ UFC Dana White qalet li qed tistenna li r-Russu jingħata sospensjoni minkejja li saħqet li għandu jżomm iċ-ċinturin. Il-Kummissjoni Atletika tal-Istat ta’ Nevada qed jinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>