L-MEP tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech kien parti minn delegazzjoni tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew li ħadet sehem fi żjara fl-Iżrael. L-għan ta’ din il-missjoni kien li ssir analiżi tas-sitwazzjoni fl-Iżrael u l-Palestina, fejn saru laqgħat mal-ogħla uffiċjali taż-żewġ Gvernijiet.
Waqt din iż-żjara, l-MEP Zammit Dimech kellu laqgħat mal-President tal-Iżrael Reuvin Rivlin, il-Ministru Iżraeljan għad-Difiża Avigdor Lieberman, kif ukoll mad-Deputat Kap tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà tal-Iżrael. Hu żar ukoll Ramallah, fejn iltaqa’ mal-Prim Ministru Palestinjan Rami Hamdallah u l-Ministru tal-Edukazzjoni Sabri Saidam.
//= $special ?>
