Fl-Italja, Franza u fi Spanja qed isiru tfittxijiet għal nies li tkaxkru mill-ilmijiet tal-għargħar wara li xi zoni tal-pajjiż inħakmu minn maltemp qalil. F’Majorca, Spanja, għaxar persuni – inklużi xi turisti – tilfu ħajjithom, filwaqt li hemm tifel ta’ ħames snin u żewġ adulti li huma nieqsa. F’Sainte-Maxime, tul il-kosta Franċiża, żewġ persuni tilfu ħajjithom fil-maltemp wara li faret ix-Xmara Garonnette, filwaqt li f’Sardenja, l-Italja, mara mietet fl-għargħar. Fl-Italja, l-aktar zona li ntlaqtet kienet Cagliari, f’Sardinja, b’partijiet kbar tal-belt imgħarrqa.
//= $special ?>Tfittxija għan-nies li tkaxkru mill-għargħar fl-Ewropa
12 ta' Ottubru 2018

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES

