Lokali

Akkużi ġodda bejn l-Italja u Malta

Mill-Arkivji
Grupp ta' immigranti interċettati mill-Guardia Costiera Taljana

Kmieni dalgħodu grupp ta’ sebgħin immigrant ġew salvati ‘l barra mill-kosta ta’ Lampedusa. Mill-ewwel rapporti jidher li dawn l-immigranti huma mill-Eritreja, mis-Sirja u mill-Ghana. Huma ġew salvati mill-bastiment Mare Jonio.

Jidher li dawn l-immigranti kienu ilhom aktar minn 35 siegħa fuq il-baħar u kien grazzi għat-temp tajjeb fl-inħawi ta’ Sqallija li ġiet evitata traġedja. Dan għaliex dawn is-sebgħin persuna kienu fuq dgħajsa ta’ tmien metri, bil-qiegħ ċatt.

Dan il-każ reġa’ qajjem tensjoni bejn l-Italja u Malta u skont Kastilja, Malta imxiet mal-obligi internazzjonali.

L-Italja qed takkuża lill-Gvern ta’ Muscat illi reġa’ falla f’każ ieħor ta’ salvataġġ.