Kultura Lokali

Il-Kap tal-PN jżur wirja tal-artist Anthony Cauchi

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar eżibizzjoni tal-artist Anthony Lucian Cauchi f’Palazzo De Piro, l-Imdina.

F’din l-esibizzjoni hemm għall-wiri biċċiet tal-arti li l-artist ħoloq f’dawn l-aħħar xhur.

Cauchi li huwa pittur u ċeramist spjegalna kif kiber jara lin-nannu tiegħu jagħmel id-dekorazzjonijiet tal0knejjes u  beda jistudja l-arti ta’ eta’ żgħira. Tul l-istudji tiegħu kellu bosta għalliema prominenti.

Hu studja l-arti kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, inkluż f’Perugia taħt il-professur Orfei.

Mistoqsi minn fejn isib l-ispirazzjoni tiegħu hu qalilna li x-xogħol taċ-ċeramika jiġi isspirat mill-filosofija, l-mitoloġija u l-istorja kif ukoll mill-leġġendi gotiċi, il-bijografiji, il-mużika rock u ġrajjiet kurrenti, filwaqt li l-pittura tiegħu hija nterpretazzjoni tal-ħajja madwaru.

Jakkumpannja lil Adrian Delia f’dil-wirja kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.