F’intervista mal-ġurnal Brittaniku Daily Mail, il-kantant Michael Buble saħaq li għalaq il-midja soċjali u qed jippjana biex jirtira għal kollox mix-xena mużikali hekk kif il-marda li ħakmet lil ibnu ta’ 3 snin bidlitlu l-perspettiva dwar ħajtu.
Il-kantant Kanadiż spjega li xtaq iqatta’ l-kumplament tal-ħin tiegħu ma’ ibnu Noah hekk kif bħalissa ma jaħsibx li l-ideali jinqafel fir-recording studios u jdur id-dinja fuq tours.
Huwa saħaq li issa li ibnu reġà qed jirkupura lura saħħtu, fi ħsiebu joħroġ l-aħħar album mużikali tiegħu sabiex wara jirtira mix-xena għal kollox
//= $special ?>


