Sport

Mick Schumacher jirbaħ il-kampjonat tal-Formula 3

Mick Schumacher rebaħ it-titlu Ewropew tal-Formula 3 b’tiġrija għat-tmiem. Is-sewwieq Ġermaniż spiċċa fit-tieni post fit-tieni tiġrija f’Hockenheim fil-Ġermanja biex saħħaħ postu fil-klassifika tas-sewwieqa.

Is-sewwieq ta’ 19-il sena, iben is-seba’ darbiet champion tal-Formula 1 Michael Schumacher, rebaħ tmien tiġrijiet dan l-istaġun u żamm id-49 punt vantaġġ qabel l-aħħar rawnd. “Assolutament kuntent. Dak li kiseb it-tim fl-aħħar sena hu inkredibbli,” qal Schumacher fl-ewwel reazzjoni tiegħu.

Schumacher, li naqas li jikseb punti fl-ewwel tiġrija f’Hockenheim wara ħabta fl-ewwel dawra, kellu bżonn li fit-tieni tiġrija jevita li jitlef 15-il punt lir-rivali Dan Ticktum.

Juri Vips rebaħ it-tieni tiġrija mill-pole position u b’Ticktum jidħol fis-seba’ post, it-tieni post ta’ Schumacher kien biżżejjed biex jirbaħ il-kampjonat. Dan it-titlu jasal sena wara li Schumacher spiċċa fit-12-il post overall fl-istaġun tad-debutt fil-Formula 3.