Il-Gvern ħabbar li b’mod immedjat qiegħed idaħħal fis-seħħ miżuri ta’ kontroll fuq l-operaturi tal-fish farms. Skont il-Gvern, dan qiegħed iseħħ wara spezzjonijiet li saru ġewwa numru ta’ gaġeġ tat-tonn, bħala parti minn eżercizzju regolari ta’ kontroll, instab li f’xi gaġeġ ta’ ċerti operaturi kien hemm diskrepanzi fl-ammont ta’ ħut ma’ dak reġistrat.
Fi stqarrija intqal li l-Gvern se jkompli għaddej b’aktar spezzjonijiet, filwaqt li r-riżultati ta’ dawk li diġà saru għaddew għal aktar investigazzjonijiet mill-awtoritajiet.
//= $special ?>