Lokali

Riħ qawwi u maltempati bir-ragħad

Ir-riħ se jitqawwa Forza 6

Fl-aħħar 8 snin qatt ma rajna daqshekk xita tul ix-xahar ta’ Ottubru

Il-maltemp u x-xita ssoktaw kmieni dalgħodu hekk kif tmiem il-ġimgħa se jkun immarkat b’maltempati bir-ragħad.

It-temp diġa’ ħarbat numru ta’ attivitajiet li kienu pjanati, fosthom fil-Birgu. Apparti minn hekk, ikkawża diversi konġestjonijiet ta’ traffiku f’diversi partijiet tal-pajjiż, b’ċertu toroq jispiċċaw mgħarrqa.

Kollox qed jindika li dan ix-xahar ta’ Ottubru huwa wieħed aktar mxarrab mill-istess perjodu tas-sena preċedenti. Dan hekk kif iċ-ċifri juru li matul ix-xahar ta’ Ottubru 2017, b’kollox niżlet mal-82.4mm xita filwaqt li sat-12 ta’ Ottubru 2018 l-ammont diġà qabeż il-101mm xita. Dan ifisser ukoll li huwa l-aktar Ottubru li għamlet xita fl-aħħar 8 snin.

Matul il-ġurnata tal-lum ir-riħ mistenni jlaħħaq Forza 6.