Internazzjonali

STORM CALLUM: Il-maltemp li qed jifni lir-Renju Unit

Storm Callum kompla jifni lir-Renju Unit hekk kif ix-xita qliel qed toħloq inkonvenjenza fit-trasport pubbliku.

Is-servizzi ferrovjarji kienu mifnija bid-dewmien minħabba s-sitwazzjoni prekarja tat-temp fin-nofsinhar tal-Ingilterra, f’Wales u mal-fruntiera Skoċċiża.

Dan kollu minħabba l-fatt li hemm għargħar qawwi f’diversi partijiet tal-pajjiż kif ukoll numru ta’ siġar li qed jostakolaw il-linji ferrovjarji.

Filwaqt li eluf ta’ residenzi spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku, ir-Repubblika tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ fuq qed jintlaqtu minn irwiefen li qed ilaħqu mal-112-il kilometru fis-siegħa.