Fi Florida, qed tirranka l-ħidma biex tissewwa l-ħsara li ħalla l-Uragan Michael – it-tielet l-aktar uragan qawwi li qatt mess l-art fl-Istati Uniti.
Maltemp li kkawża l-mewt ta’ 17-il persuna, bil- probabbiltà li dawn jiżdiedu għax għad trid tibda t-tfitxija fiż-żoni milquta l-agħar.
Qed ikun stmat li biex titranġa l-ħsara li hemm fil-linji tal-elettriku, se jkun hemm bżonn ta’ mill-anqas sitt xhur.



