Sport

Thierry Henry il-kowċ il-ġdid ta’ Monaco

L-ex stilla ta’ Arsenal, Thierry Henry, huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Monaco hekk kif għandu fit-tmun tal-Monacani sa’ Ġunju 2021, wara li ħa post Leonardo Jardim.

Il-Franċiż ta’ 41 sena, li tul dan l-aħħar żmien kien qed iservi bħala assistent kowċ tat-tim nazzjonali Belġjan, kien beda proprju l-karriera tiegħu mal-Monaco, fejn saħansitra kien rebaħ il-Ligue 1 lura fl-1998.

Filwaqt li preżentament il-Monaco jinsabu t-tielet mill-aħħar, Henry saħaq li d-destin ried li jibda l-karriera ta’ kowċ mal-klabb li beda l-karriera tiegħu ta’ plejer.

Fl-aħħar jiem l-ex plejer ta’ Juventus, Barcelonna u New York Red Bulls fost oħrajn, kien qed jissemma b’insistenza ma’ Aston Villa madanakollu huwa rrifjutahom hekk kif, bħal ma stqarr Henry stess, Monaco baqgħu wisq qrib qalbu.

S’issa l-klabb rebaħ biss partita waħda fil-kompetizzjonijiet kollha b’ħames telfiet fil-kampjonat u tnejn oħra fiċ-Champions League.