Lokali

Wirja ta’ għasafar u fniek rari f’Malta

Għanja sħiħa miġbura f’sala waħda flimkien ma’ għaqda bejn żewġ assoċjazzjonijiet.

Dan kollu f’wirja ta’ għasafar u fniek li qed tittella’ minn The Malta Cage Birds Association u The Malta All Breed Rabbit Club, b’ġuriji jaraw diversi fatturi ta’ kull għasfur u fenek preżenti biex jagħżlu liema huma l-isbaħ u fl-aħjar kundizzjoni.

Wieħed mill-ġurija, Marco Micallef qal li din hi t-tieni sena li din il-wirja qed issir; wirja li qed toffri żewġ tipi ta’ għasafar.

L-ewwel tip ta’ għasfur huma l-kanarini, li l-ġurija qassmuhom f’sezzjonijiet skont il-kulur, skont il-frill u skont it-tip ta’ razza tagħhom. Marco żied jgħid li madwar 500 sena ilu kien inqabad kanarin u biż-żmien bdew ħerġin tipi differenti.

Kompla li minkejja li wieħed jara rixx li jkun jidher mhux f’postu, dan id-difett ħareġ bħala xi ħaġa tajba u sabiħa.

It-tieni tip ta’ għasfur huma l-isponżuni, li jinqasmu f’mutatians u hybrids – Ewropej u eżotiċi.

Min-naħa l-oħra, fis-sezzjoni tal-fniek, hemm 18-il razza differenti u 67 fenek b’kollox. Is-Segretarju tal-Kumitat Giselle Micallef qaltilna li din il-wirja tinqasam f’żewġ sezzjonijiet: tal-fniek adulti u dawk ta’ taħt il-ħames snin.

Il-ġurija ta’ din il-wirja tara diversi fatturi, fosthom il-kundizzjoni tagħhom, il-fattizzi, u l-indafa. Dawk preżenti qalu lil NET News li fost il-fniek preżenti, hemm wieħed uniku għal Malta għax għandu widnejh kbar ħafna meta mqabbla ma’ razez ta’ fniek oħra.

Il-wirja, li qed tinżamm fil-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop, bdiet is-Sibt u tibqa’ għaddejja sal-Ħadd fl-erbgħa ta’ waranofsinhar.

Ritratti: Martin Aguis