Il-midja internazzjonali qed tispekula li r-raġuni li ġabu l-awtoritajiet Finlandiżi għal dan ir-raid f’Turku, jiġifieri b’rabta ma’ każ ta’ money-laundering, kienet biss paraventu għaliex huma kienu interessati f’xi ħaġa aktar gravi.
L-espert dwar is-sigurtà Mark Galeotti qal lil Yle, ir-radju Finlandiż: “Even Al Capone was caught for committing tax crimes!”
Il-gazzetti u l-mezzi l-oħra tal-midja taw stampa aktar serja ta’ dak li wettqu l-awtoritajiet f’dak ir-raid. Dan għaliex Melnikov fl-aħħar snin kien involut fix-xiri ta’ propjetajiet żgħar u kbar fl-inħawi ta’ Turku, belt strateġika ħafna, u saħansitra ippossessa ruħu minn gżejjer żgħar qrib din il-belt u attrezzahom b’mod li fihom jistgħu jinżlu l-ħelikopters.
Waqt li baqa’ għaddej bin-negozju prinċipali tiegħu ta’ prodotti tal-plumbing permezz tal-kumpanija li huwa jmexxi (Airiston Helmi) kien jieħu interess personali fix-xiri ta’ dawn il-propjetajiet li kien jasal fihom permezz tal-ħelikopter.
Meta l-awtoritajiet irrealizzaw kemm kien irnexxielu jakkumula propjetajiet, bdew jinkwetaw bis-serjetà għas-sigurtà ta’ pajjiżhom fil-konfront tar-Russja. F’kelma waħda, il-midja hi ċerta li r-raid tan-National Bureau of Investigation kien konness mat-tħassib u l-inkwiet li dan kollu kien sempliċiment kumplott organizzat min-naħa tar-Russja.
Immaġinaw, mela, il-pożizzjoni ta’ pajjiżna f’dan kollu. Ċittadin – ‘Malti’ għal kull effett tal-liġi – implikat fi kwistjoni taħraq daqshekk fil-kamp internazzjonali li fiha hemm involut pajjiż, il-Finlandja, li bħalna hu fl-Unjoni Ewropea.
Veru li passaport ta’ Malta mibjugħ jagħtina bejn wieħed u ieħor miljun ewro. Iżda meta dan imur żmerċ, jagħmlilna ħsara irreparabbli… kif jidher li ġara f’dan il-każ.
//= $special ?>