Lokali Unjoni Ewropea

David Casa jiċħad l-istorja ppubblikata mill-gazzetta Malta Today

Miċħuda l-allegazzjonijiet li ħarġu fil-Malta Today

Fi stqarrija, l-impjegati li jaħdmu fl-uffiċċju tal-MEP Nazzjonalista David Casa ċaħdu rapport li deher dalgħodu fil-gazzetta Malta Today. Huma sostnew li dan hu biss parti minn attakk sistematiku li b’mod kotard qed jipprova jtappan il-ħidma ta’ David Casa.

Filwaqt li esprimew appoġġ sħiħ lejh, il-firmatarji tal-istqarrija lill-media qalu li huma diżgustati b’dan ir-rappurtaġġ.

Huma qalu li dejjem raw attitudni professjonali minn naħa tal-MEP Nazzjonalista u qatt ma raw xejn minn dak li allegat il-gazzetta. L-istqarrija tgħid li issa l-attakki fuq Casa niżlu f’livell baxx, u marru fl-estrem.