Lokali

FILMAT: Robbie Williams itemm ħesrem l-avventura ta’ Gaia

Il-Brittaniku Robbie Williams, li jagħmel parti mill-ġurija tal-X-Factor UK, iddeċieda li jtemm l-avventura ta’ Gaia Cauci f’din l-edizzjoni.

Wara l-awdizzjoni li għamlet ftit tal-ġimgħat ilu, Williams kien poġġa lill-kantanta Maltija ma’ 3 tfajliet oħra fil-grupp mużikali Sweet Sense.

Madanakollu Williams spjega li għalkemm ilkoll kemm huma għadhom talent, skontu ma rnexxilhomx jwasslu l-armonija li grupp mużikali għandu jagħmel. Huwa insista li ma ħassx li rnexxielhom joħolqu għaqda mużikali.