L-inħawi taċ-ċentru u t-tramuntana tal-Portugall intlaqtu minn sensiela ta’ rwiefen bil-qawwa ta’ uragan u meta nqata’ id-dawl għal talanqas 300,000 residenza.
L-aħħar elementi ta’ Uragan Leslie komplew jiddominaw fl-inħawi matul il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd, b’sorsi qrib id-Difiża Ċivili jikkonfermaw li numru ta’ nies weġġgħu ‘minħabba ċ-ċirkustanzi’, fost rapporti dwar għagħar u mijiet ta’ siġar maqlugħin mill-għeruq.
Kellhom jitħassru numru ta’ titjiriet fl-iskeda, bil-maltempata – fost l-agħar li qatt laqtu lill-Portugall – tgħaddi,fl-aħħar ħinijiet, minn fuq it-Tramuntana ta’ Spanja.
L-impatt tal-uragan inħass l-aktar fil-madwar ta’ Lisbona, kif ukoll fid-distretti ta’ Coimbra u Leiria. Irriżultaw ukoll il-ħsarat fl-inħawi ta’ Aveiro, Viseu u Porto.
//= $special ?>

